Internazzjonali

L-attakk f’Nizza“S’issa m’hemmx rapporti li hemm Maltin involuti” – Uffiċjal mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Il-Ministeru għad irid jikkonferma li m’hemmx Maltin involuti

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li s’issa m’hemmx rapporti ta’ Maltin involuti fl-attakk terroristiku f’Nizza. Il-Ministeru qal dan f’risposti għal mistoqsijiet NETnews.com.mt.

Iżda fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu, il-Ministeru qal li qed jagħmel il-kuntatti neċessarji biex jikkonferma li m’hemmx Maltin involuti fl-attakki.

L-ammont tal-mejta fl-attakk tela’ għal 84, fosthom tfal. Dan apparti għexieren ta’ persuni oħra midruba.

Aqra iktar: Attakk terroristiku fi Franza jħalli 84 persuna mejta

Fl-aħħar ħin bdew ħerġin l-ewwel reazzjonijiet minn Malta, fosthom mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li qal li l-attakk huwa “attakk fuq l-istil ta’ ħajja tagħna”.

Filmati wara l-attakk juru x-xeni ta’ biża’ u paniku.