Ftit tal-minuti ilu, saru magħrufa l-partiti tat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League. F’din il-kompetizzjoni Malta hi rapreżentata miċ-Champions Valletta li għaddew għat-tieni rawnd wara li għelbu lil B36 Torshavn.
Il-probabilità li Valletta jgħaddu għall-ewwel darba għat-tielet rawnd naqsu wara li t-Tlieta li għadda tilfu fil-Hibernians Stadium 2-1 kontra Red Star Belgrade. F’każ li Valletta jirnexxilhom jirbħu fis-Serbja, il-Beltin jistgħu jilagħbu mar-rebbieħa tal-konfront bejn il-Bulgari ta’ Ludogorets u t-tim mill-Montenegro Mladost Podgorica. Il-Bulgari rebħu l-ewwel rawnd f’darhom 2-0 u għalhekk jibdew favoriti li jgħaddu għar-rawnd li jmiss.
//= $special ?>