Fuq il-media soċjali spikkat l-istorja ta’ Tiava Banner. Fuq Facebook, Banner talbet l-għajnuna biex tinstab it-tarbija tagħha wara l-attakk ta’ Nizza.
“Tlifna t-tarbija tagħna ta’ 8 xhur,” kitbet l-omm. “Jekk rajtuh, jew kontu hemm u ġbartuh, jekk jogħġobkom, ikkuntattjawni” talbet l-omm fuq Facebook.
Madwar 200,000 persuna ngħaqdu fl-appell, u aktar tard, l-omm ħabbret li t-tarbija kienet instabet.