Lokali

Christina Magrin tirbaħ il-Malta Junior Eurovision Song 2016

Christina Magrin is-Sibt fil-għaxija rebħet il-Malta Junior Eurovision u għaldaqstant f’Novembru li ġej se tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision li se jsir f’Malta stess.

Christina rebħet fost 20 kanzunetta waqt konkors li sar f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi li kien preżentat minn Elaine Saliba.

Il-Mistiedna speċjali fis-serata kienet Destiny, ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest fl-2015 li kien sar f’Sofia il-Bulgarija.

Fit-tieni post klassifikaw il-grupp Fusion, magħmul minn ħames tfajliet u fit-tielet post klassifikat Lisa-Marie Tabone.

F’kummenti fuq facebook eżatt wara li rebħet, Christina qalet li tinsab fis-seba’ sema li rebġet il-Malta Junior Eurovision u qalet li tinsab bla kliem.

cristina magrin facebook