Futbol Sport

Elett kumitat ġdid tal-‘Juventus Club DOC Vero Amore – Malta’

Waqt il-Laqgha Ġenerali Annwali tal-‘Juventus Club DOC Vero Amore – Malta’ il-bieraħ ġie elett il-kumitat il-ġdid.

Il-membri eletti kienu:

Joseph Fenech – President
Joe Shields – Segretarju
Emmanuel Cassar – Teżorier
Darren Micallef – Membru
Simon Vella – Membru
William Micallef – Membru
Benjamin Pulè – Membru
Saviour Farrugia – Membru
Pierre Bonavia – Membru
Beppe Camilleri – Membru
Bryan Degabriele – Membru

Fil-każ ta’ Joseph Fenech, Joe Shields u Emmanuel Cassar dawn ġew ikkonfermati fil-karigi li kienu jokkupaw matul is-sentejn preċedenti.

Fi stqarrija l-Kumitat tal-‘Juventus Club DOC Vero Amore – Malta’ rringrazzja lill-membri kollha tal-fiduċja espressa fih u wiegħed ħidma sfiqa fix-xhur u s-snin li ġejjin għall-ġid tal-Juventini Maltin u Għawdxin kollha.

Fl-istess stqarrija l-Kumitat irringrazzja lil Domnic Galea u lil Pierre Borg tal-ħidma kbira u s-servizz tagħhom matul l-aħħar snin.