Internazzjonali

FILMAT: Pokémon rari f’Central Park ta’ New York … jinqala’ paniku sħiħ!

Xeni impressjonanti li tirrifletti l-fissazzjoni kbira li miljuni ta’ persuni madwar id-dinja għandhom għal-logħba ġdida Pokémon Go li ħarġet fl-aħħar jiem.

F’din il-logħba, dawk li jilagħbu l-logħba jridu jduru u jimxu sakemm, fost l-oħrajn, jiltaqgħu ma’ wieħed minn dawn il-karattri fittizji u jippruvaw jakkwistawh.

Xi jiem ilu ġara li numru ta’ persuni ltaqgħu ma’ Pokémon rari, bl-isem ta’ Vaporeon, f’Central Park ta’ New York. il-kelma malajr ġriet u f’dan il-park popolari nqala’ pandemonju sħiħ.

Xeni ta’ nies jiġru biex jilħqu jaqbdu lil dan il-karattru usewwieqa ta’ vetturi li abbandunaw il-vetturi tagħhom f’nofs ta’ triq u dan għaliex mostru jibqa’ fil-post biss għal ftit minuti wara li jkun inqabad minn plejer ieħor.