Is-servers ta’ Pokémon Go mhux aċċessibbli wara li mijiet ta’ eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja fl-aħħar jiem assedjawhom biex iniżżlu u jilagħbu din il-logħba.
F’pajjiżna wkoll eluf ġew affettwati minħabba li s-servers ma setgħux ilaħħqu iżjed mal-influss ta’ persuni li qed jilagħbu l-logħba. Din il-problema tfisser li għas-sigħat li ġejjin ħadd iżjed ma jista’ jniżżel il-logħba, waqt li dawk li diġa akkwistawha, ma jistgħux jaċċessawha.
Fl-aħħar jiem diġa diversi persuni deheru jduru f’diversi lokalitajiet f’Malta, jippuntaw il-mobiles tagħhom lejn binjiet u oġġetti diversi, bl-għan li jsibu wieħed mill-karattri fittizji ta’ din il-logħba.
//= $special ?>