Internazzjonali Lokali

L-esperjenza ta’ żewġ Maltin li kienu fit-Turkija meta beda l-attentat ta’ kolp ta’ stat

“F’daqqa rajna ajruplani militari jtiru u jduru fuqna; kienu qegħdin itiru prattikament fil-livell tat-triq. Baqgħu jtiru sakemm smajna l-aħbar li kien kolp ta’ stat militari. F’dak il-mument ġew l-helicopters u bdejna nisimgħu ħoss ta’ sparar u splużjonijiet. Rajt bosta splużjonijiet mill-gallerija tiegħu. Id-dar tiegħu theżżet bosta drabi minħabba l-ajruplani militari jew il-bombi”. Hekk stqarret Erika Borg ta’ 28 sena li kienet fit-Turkija waqt l-attentat ta’ kolp ta’ stat meta kienet qed titkellem mal-portal lovinmalta.com.

Borg, li ilha tgħix fit-Turkija minn Mejju, spjegat li qatt ma’ basret li kienet ser tara xeni bħal dawk għalkemm sostniet li din l-esperjenza ma’ kienetx ser twassal sabiex hi talli lit-Turkija.

Persuna oħra li tkellem ma’ l-istess portal kien Nigel Zarb ta’ 28 sena li spiċċa għamel lejl sħiħ fiż-żona tat-tluq fl-ajruport ta’ Ataturk f’Istanbul flimkien mas-sieħba tiegħu Jenny Manduca. Huma kienu waslu f’Istanbul sabiex jaqbdu titjira lejn l-Indoneżja fejn kienu ser jibdew vaganza ta’ tlett ġimgħat.

“Ħadd fl-ajruport ma’ kien jaf xejn għalhekk iddeċidejna li nmorru f’waħda mis-swali u nistennew hemm permess li skond s-siti ta’ l-aħbarijiet it-titjiriet kienu kollha kkanċellati. L-affarijiet issa qegħdin jirritornaw lura għan normal bil-mod iżda l-lejl li għadda kien wieħed li ma’ tinsiex”. Zarb irrakonta wkoll dwar il-ħoss ta’ l-ajruplani militari u l-isplużjonijiet. Irrakonta ukoll kif f’ħin minnhon numru ta’ nies jipprotestaw daħlu fil-bini u f’ħinijiet spiċċaw kullħadd jiġri u jgħajjat. Spjega wkoll li fl-ajruport ma’ kienx hemm staff tal-customer care u l-linji tat-telefon ma’ kienux qegħdin jaħdmu. “Leġġittimament kienet orribli” stqarr Zarb.