Lokali

Land Rover tinqaleb f’inċident f’Burmarrad

Ritratt: Arkivji

F’inċident li seħħ dalgħodu għal ħabta tal-5:30 fi Triq Burmarrad f’Burmarrad raġel ta’ 29 sena mill-Mosta kellu jittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza wara li l-vettura li kien qiegħed isuq nqalbet.

Il-Land Rover li kien qiegħed isuq ir-raġel inqablet hekk kif meta wasal qrib il-kamera tal-veloċita’, għal xi raġuni l-vettura li kien qed isuq qabdet il-bankina, bil-konsegwenza li nqalbet.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.