Mara ta’ 32 sena weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Busewdien San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm meta għal xi raġuni karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Mosta kella mpatt ma karozza tat-tip Fiat Punto misjuqa mill-mara ta’ 32 sena minn San Ġiljan.
Il-Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei u aktar tard kienet ċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>