Mara fil-Pakistan li saret famuża fuq il-media soċjali nqatlet minn ħuha f’reat li qed jissejjaħ bħala qtil tal-unur. Il-mara, Qandeel Baloch, inqatlet fil-provinċja tal-Punjab wara li qajjmet furur b’ritratti kontroversjali tagħha fuq il-media soċjali u fejn f’wieħed minnhom qed tidher maġenb reliġjuż Musulman.
Il-Pulizija qalu li Qandeel Baloch, li kellha 26 sena, mietet mgħallqa, f’każ ieħor ta’ mara maqtula minn qarib minħabba l-fehma li hi għamlet xi ħaġa li diżonorat lill-familja. Dawn il-każi huma komuni fil-Pakistan, b’Qandeel Baloch issir magħrufa sew għall-istil ta’ ritratti u videos li kienet tibgħat fuq il-media.
Il-ġenituri tal-mara maqtula qalu li hi spiċċat mgħallqa nhar il-Ġimgħa, wara argument li hi kellha ma’ ħuha u li l-katavru tagħha kien instab dalgħodu. Il-ġenituri fil-preżent qegħdin jinżammu taħt arrest waqt li qed jgħinu l-istħarriġ tal-pulizija.
//= $special ?>