Volontiera mill-għaqda Nature Trust (Malta) il-bieraħ ħelsu żewġ fkieren li fl-aħħar disgħa xhur nżammu għal rijabilitazzjoni fit-Torri ta’ San Luċjan. Dan seħħ waqt avveniment mhux pubblika fil-bajja tal-Ġnejna.
Iż-żewġ fkieren meħlusa kienu Esther u Sara. Fl-istqarrija Nature Trust (Malta) appellat lil pubbliku sabiex meta jsib fkieren feruti jirrapporta minnufih. Fl-istess stqarrija Nature Trust (Malta) irringrazzjat lis-San Luċjan Aquaculture Centre, l-Awtorita’ dwar ir-Riżorsi Ambjentali, l-Forzi Armati, l-ALE u l-Animal Welfare.
//= $special ?>