Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Ħal-Tarxien

Raġel ta’ 46 sena minn Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8 ta’ filgħaxija f’Ħal Tarxien.

Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta tilef il-kontroll u ħabat ma’ karozza tat-tip Fiat Punto. L-inċident seħħ fi triq San Anard f’Ħal Tarxien. Ir-raġel ittieħed immedjatament l-isptar Mater Dei għall-kura u wara kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.