Illum irritorna Malta l-aħħar grupp ta’ ċiklisti li telgħu għal sfida ta’ 1,084km. Iċ-ċiklisti Maltin saqu r-roti tagħhom kontinwament għal madwar 50 siegħa, biex jinġabru flus għal riċerka dwar il-kanċer. Dawn l-isfidi bdew tliet snin ilu u s’issa nġabbru aktar minn kwart ta’ miljun ewro li jmorru direttament għal-riċerka dwar il-kura tal-kanċer.
B’kollox din is-sena ħadu sehem 28 ċiklist , NetNews.com.mt tkellem ma’ xi parteċipanti, u staqsejnihom kif kienet l-esperjenza ta’ din l-isfida. Sostnew li għalkemm hija sfida iebsa, matul il-qadfa kienu dejjem mimlijin b’motivazzjoni kbira.
Motivazzjoni li b’dak li qed jgħamlu ser ikunu qed jagħmlu differenza lill-dawk kollha morda bil-kanċer kif ukoll lin-nies li xi darba jew oħra ser imissu ma’ din il-marda tant kifra.
Semmew ukoll kif f’punt partikolari l-gwidi li kienu magħhom tawhom l-instruzzjoni biex jieqfu, għaliex it-temp kien tant sħun li ma kienx ser jirnexxielhom jaslu. Għaldaqstant iċ-ċiklisti qablu li jibqgħu għaddejjin għal din il-kawża ġusta.
//= $special ?>