Għawdex Lokali

Tkompli t-tfittxija għaż-żagħżugħ Ungeriż

It-tfittxija għal Bence Murinai, Ungeriż ta’ 17-il sena li għeb meta niżel jgħum qegħda tkompli llum. L-aħħar li deher l-Ungeriż kien meta niżel jgħum flimkien ma’ ħuh ta’ 15-il sena f’Marsalforn li tela’ l-art mingħajr diffikultà iżda Bence sfortunatament ma rritornax lura lejn l-art. Huwa deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Għar Qawqla.

It-tfittxija bdiet il-Ħamis filgħaxija u kompliet il-bieraħ u fiha ħadu sehem il-pulizija, d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fit-tfittxija li qegħda ssir llum l-Forzi Armati qegħdin jużaw il-helicopter hekk kif dan joffri veduta aħjar u aktar ċara ta’ l-inħawi. Dan anke fl-isfond tal-baħar fl-inħawi li jinstab maħkum minn mewġ qalil.