Chelsea ħabbru b’mod uffiċjali li akkwistaw lill-internazzjonali Franċiż N’Golo Kante mingħand iċ-champions Leicester City. Kante li ffirma kuntratt ta’ ħames snin, lagħab 37 darba fl-istaġun indimentikabbli ta’ Leicester filwaqt li kien ukoll fit-tim tas-sena tal-kampjonat.
Fi kliem li qal lis-sit uffiċjali tal-klabb, Kante qal li jinsab kuntent li għandu l-opportunità li jaħdem ma’ Antonio Conte u ma’ uħud mill-aqwa plejers tad-dinja fejn stqarr li kien diffiċli għalih li jirrifjuta.
//= $special ?>