Futbol Sport

UFFIĊJALI: Giaccherini jirritorna jilgħab fl-Italja

Wara li akkwistaw lil Lorenzo Tonelli, Napoli ħabbru b’mod uffiċjali fuq is-sit uffiċjali tagħhom li akkwistaw lil Emanuele Giaccherini mingħand Sunderland. Il-midfielder Taljan waqqaf temporanjament il-vaganzi tiegħu biex iffirma kuntratt ta’ tliet snin.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Giaccherini qal li ngħaqad ma’ klabb importanti u jinsab kuntent li se jilgħab bil-flokk ta’ Napoli. It-Taljan kompla jgħid li jinsab eċċitat li jibda l-avventura f’Napli filwaqt li jemmen li l-fatt li se jilgħab fis-San Paolo se jkun fantastiku.