Internazzjonali

Bono, il-kantant ta’ U2 kien maqbud fil-massakru ta’ Nizza

Il-kantant famuż ta’ U2 Paul David Hewson magħruf bħala BONO, kien preżenti għall-massakru li seħħ nhar il-Ħamis li għadda f’Nizza,Franza. Massakru fejn inqatlu madwar 84 persuna inklużi 10 t’itfal, meta l-qattiel saq truck għal fuq nies li kienu qegħdin jiċċelebraw l-jum nazzjonali Franċiż.

Fil-ħin tal-massakru, Bono kien qiegħed f’wieħed mir-ristoranti tal-lokal ftit metri boghod minn fejn sar l-attakk. Anne-Lauri Rubi s-sid tar-ristorant li kien fih Bono qalet li kienet rat ammont ta’ nies jiġru f’kommossjoni. Għalhekk flimkien mal-ħaddiema, bdew jgħalqu l-entraturi u qalet lill-kulħadd jistaħba u jżomm kalm.

Bono segwa l-instruzzjonijiet tas-sid tar-ristorant, wara madwar siegħa u nofs maqfulin fil-biża’ daħlu l-Pulizija armati u ħarġu lill-Bono u ħaduh fi pjazza oħra.