Internazzjonali

Jisparaw fuq il-Pulizija f’Baton Rouge

Tal-anqas żewġ pulizija Amerikani maqtula u hemm ieħor f’xifer il-mewt apparti seba’ oħra midruba wara li nfetaħ in-nar fuqhom f’Baton Rouge fl-Istat Amerikan ta’ Louisiana. F’din il-belt ftit tal-ġranet ilu raġel iswed kien inqatel mill-Pulizija u dan wassal għal protesti kbar.
Issa qed isir tfitxija kbira għar-responsabbli li jidher li kienu tlieta b’wieħed jinqatel mill-Pulizija. Ir-raġuni wara l-isparatura mhux magħrufa.