Internazzjonali

L-attakk f’Nizza : It-Terrorist kien diġa żar il-post biex jippjana l-attakk

Sorsi qrib l-investigazzjoni dwar l-attakk ta’ Nizza qalu li qed jirriżulta li fil-jumejn ta’ qabel l-attakk, it-terrorista, Mohammed Bouhlel, Tuneżin ta’ 31 sena, mar jistudja l-post fejn wettaq il-massakru.

Dan irriżulta wara li kienu arrestati u investigati, l-ex mara ta’ Bouhlel flimkien ma’ ħamsa oħra li kellhom kuntatt mat-Tuneżin qabel ma’ seħħ l-attakk tal-Ħamis li għadda.

Il-Gvern Franiż iktar kmieni sejjaħ 12,000 riserva biex isaħħaħ dejjem aktar is-sigurta tal-pajjiż. Dan għaliex il-pajjiż għadu f’ tensjoni u allert.