Raġel ta’ 57 sena minn Ħal-Qormi ttieħed l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’inċident bejn żiemel u karozza f’Ħal-Qormi stess. Fl-inċident iż-żiemel ġarrab ukoll xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imdina meta għal xi raġuni kien hemm ħabta bejn żiemel b’serkin misjuq minn raġel ta’ 57 sena u karrozza Peugeot 407 misjuqa minn żgħażugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil sid iż-żiemel l-isptar għall-kura pero il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa. Mar fuq il-post ukoll veterinarju mid-Dipartiment tal-Ħarsien Annimali.
//= $special ?>