Tfajla ta’ sbatax-il sena sfat aggredita minn mara ta’ madwar 50 sena wara argument żgħir fl-Isplash and Fun f’Baħar iċ-Ċagħaq li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar.
It-tfajla tkellmet ma dan is-sit u ddeskriviet l-inċident li allegatament seħħ waqt li t-tfajla kienet qed tistena tire ta’ waħda mill-attrazzjonijiet tal-post. Jidher li ż-żewġt itfal tal-aggressur qabżu lill-vittma filwaqt li ħadu tire ta’ tifel li kien qed jistenna.
Il-vittma qalet lit-tfal li mhux sew li għamlu u kien ikun aħjar li kienu prudenti u jistennew bħal kulħadd. Għal dan it-tfal infexxew f’sensiela ta’ tgħajjir fil-konfront tagħha u ftit tal-ħin wara, waqt li t-tfajla kienet qiegħda fuq deck chair, ġiet ikkonfrontata mill-familja tat-tfal b’għajjat.
Il-vittma talbithom biex ma jgħajtux għaliex ma kinitx qed tifhem x’kienet il-problema, iżda għal dan irrispondiet mara li kienet fil-grupp billi aggrediet lill-vittma u kkawżatilha xi ġrieħi. It-tfajla kellha titieħed l-isptar għaliex spiċċat bi spallitha maqlugħa minn posta.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija li qed jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom.