Lokali

“Attakk fuq id-demokrazija” – Dwar il-mandat ta’ inibizzjoni mill-Air Malta kontra l-ALPA

Tentattiv biex tagħmel sarima fuq għaqdiet tal-ħaddiema – Forum Unions Maltin

Il-Forum Unions Maltin (For.U.M) kiteb lill-Prim Ministru sabiex jintervjeni fil-kwistjoni li għaddejja bħalissa bejn l-Assoċjazzjoni tal-Piloti u l-management tal-Air Malta.

Il-Forum qal li lil hinn mill-merti tal-kwistjoni, hu jinsab imħasseb għall-użu ta’ mandat ta’ inibizzjoni maħruġ mill-Air Malta kontra l-ALPA.

Il-Forum qal li l-mandat ta’ inibizzjoni hu attakk fuq id-demokrazija u tentattiv biex tagħmel sarima fuq għaqdiet tal-ħaddiema milli jużaw l-uniku għodda li għandhom biex jiġġieldu l-inġustizzja u l-isfruttament tal-ħaddiema.

Il-Forum kompla li hu perikoluż u ta’ theddida għad-demokrazija li wieħed jinqeda bil-Qrati biex tagħmel sarima fuq il-unions.

Minbarra li talab l-intervent tal-Prim Ministru, il-Forum talab sabiex azzjonijiet bħal dawn ikunu xi ħaġa tal-passat u mhux il-futur.