Lokali

Deputata mill-Vjetnam titkeċċa wara li nqabdet li xtrat passaport Malti

Deputat Parlamentari mill-Vjetnam tkecciet mill-Assemblea Nazzjonali ta’ pajjizha wara li sar maghruf li hi ghandha wkoll ic-cittadinanza Maltija.

Minbarra li hi deputat, Nguyen Thi Nguyet Huong ta’ 46 sena hi wkoll involuta f’diversi negozji u hi wkoll ic-Chairperson tal-Assocjazzjoni tal-Industrijalisti ibbazati fil-Belt kapitali Hanoi.

L-iskandlu fegg is-Sibt li ghadda wara li Huong inqabdet tikser il-ligi Vjetnamita dwar ic-cittadinanza li tipprojbixxi cittadinanza doppja. Hi ma kienitx iddikjarat ic-cittadinanza Maltija meta tefghet in-nomina taghha ghall-elezzjoni fil-pajjiz.