Dwar il-problema tal-iskart fil-Magħtab, id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li f’risposta li ngħata, il-Ministru qal li l-irwejjaħ li jinxtammu mhumiex ġejjin biss mill-engineered landfill tal-Għallis. L-istess risposta pero’ tgħid x’passi qed jittieħdu biex titnaqqas il-problema.
Ċensu Galea appella biex il-passi li għandhom jittieħdu, jittieħdu fl-iqsar żmien possibbli.
Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-abbużi minn vetturi bi pjanċa ta’ reġistrazzjoni barranija kif ukoll dwar in-nuqqas ta’ clamping zones minkejja l-abbużi li jsiru.
Ċensu Galea qal li jkun hawn min jargumenta li l-Gvern mhux lest li jgġin kunsillilokali fejn il-PL ma għandux maġġoranza. Hu awgura li dan ma jsirx u appella li kif il-Gvern bir-raġun lest jonfoq €6 miljun għall-Marsaxlokk, għandu jkun hemm l-istess interess u investiment f’lokalitajiet oħra.
Ċensu Galea qal li l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba m’humiex ta’ min imexxi l-awtorità responsabbli għal-lokalità. Din hi żona b’eluf ta’ residenti kif ukoll ta’ turisti.
Hu rrefera għax-xogħol tal-Pulizija u qal li minkejja l-isforzi kollha li qed jagħmlu l-membri tal-Korp assenjati f’dan id-distrett, għadha tinħass il-ħtieġa ta’ aktar membri.
Ċensu Galea qal li f’dik li hi indafa, il-Kunsilli jistgħu jonfqu biss dak li jgħatihom il-Gvern. Il-lokalità ta’ San Pawlil-Baħar hi l-akbar żona turistika kif jixhdu n-numru ta’ sodod kif ukoll kif jixhdu n-numru kbir ta’ stabbelimenti. Filwaqt li kull wieħed minn dawn għandu d-dmir li jagġti sehmu, hu dmir tal-Gvern ċentrali wkoll li jgħin b’mezzi konkreti.
//= $special ?>