€202,626 hi s-somma miġbura waqt il-maratona Oħloq Tbissima. Maratona ta’ 60 siegħa b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Matul il-maratona li kienet trasmessa fuq l-istazzjonijiet kollha lokali xxandru filmati li wrew il-bżonnnijiet kbar li hemm fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Fillippini. Parti mid-donazzjonijiet se jmorru wkoll għall-bżonnijiet ta’ Dar San Ġużepp.
Din kienet l-14-il edizzjoni ta’ din il-maratona.
Il-maratona kienet wkoll animata permezz ta’ kant u żfin, logħob u divertiment immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha.
Fi tmiem il-maratona sar ringrazzjament lil kull min b’xi mod jew ieħor bl-għajnuna tiegħu għamel il-maratona possibbli biex fl-aħħar mill-aħħar tinħoloq tbissima, mhux biss fil-qalb tal-poplu Malti u Għawdxi iżda wkoll fuq fomm nies ‘il barra minn xtutna.
//= $special ?>