Il-klabb Għawdxi tal-waterpolo Otters appella lill-awtoritajiet sabiex kemm jista’ jkun malajr jerġa’ jinbena l-breakwater f’Marsalforn. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa l-mewġ ħalla ħerba sħiħa fil-faċilitajiet tal-klabb.
Dan intqal fi stqarrija iffirmata mill-President ta’ Otters Enzo Dimech u s-Segretarju Daniel Calleja.
Otters kienu investew ammonti kbar ta’ flus biex f’Ġunju għamlu xibka ġdida sa qiegħ il-baħar. Tagħmir ieħor inġieb minn barra l-pajjiż.
Iżda ir-riħ qawwi u l-mewġ tal-ġimgħa li għaddiet qaċċtu kollox u ġabu magħhom diżastru fil-bajja ta’ Marsalforn. L-aktar riżultat tal-fatt illi m’hemmx breakwater li jilqa’ dan il-mewġ.
Il-klabb ta’ Otters qed jitlob sabiex b’mod immedjat jerġa’ jinbena dan il-breakwater.
//= $special ?>