Il-media Ingliża fl-aħħar sigħat irrapurtat bi prominenza kif il-biljunarja Tina Green (li fir-ritratt tidher bil-kelb f’idha) akkwistat yacht lussuż minn Malta matul tmiem il-ġimgħa. Dan il-yacht jiswa’ €100 miljun – fuqu hemm żewġ chefs, parrukkier, persuna tagħmel il-massaġġi u ieħor jieħu ħseib il-fjuri!
Tina Green hija l-mara ta’ Sir Philip Green, in-negozjant Ingliż (sinjur aktar minn martu) li hu chairman tal-Grupp li fi ħdanu għandu d-ditti Topshop, Topman, Wallis, Evans, Burton, Miss Selfridge u Dorothy Perkins fost oħrajn.
//= $special ?>