Il-latrini l-ġodda f’Għawdex mhux aċċesibbli għal kulħadd
Iċ-chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) kiteb ilment fuq Facebook dwar il-faċilitajiet ġodda li saru fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien mill-Ministeru għal Għawdex.
Olivier Scicluna saħaq li b’differenza ta’ diversi Ministeri f’Malta, il-Ministeru għal Għawdex ma kkonsultax mal-KNPD dwar l-linji-gwida għall-aċċessibilità.
Fisser li b’riżultat t’hekk, il-passaġġ u x-xogħol fil-latrina pubblika ma sarux skont l-istandards tal-aċċessibilità għal kulħadd.
//= $special ?>