Parlament

Il-Parlament esprima s-sogħba tiegħu għal dak li seħħ fi Franza l-ġimgħa li għaddiet.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia fakkar l-inċident li seħħ nhar il-Ħamis 14 ta’ Lulju f’Nizza fejn f’attakk terroristiku b’vettura, inqatlu aktar minn 80 persuna fosthom numru ta’ tfal.

Il-Prim Ministru qal li hu ta’ dispjaċir li l-poplu Franċi intlaqat waqt li kien qed jiċċelebra l-valuri tal-libertà u l-fraternità. Hu qal li dawn huma valuri li għandhom ikunu ijed imsaħħa.
Hi ħasra wkoll li numru ta’ vittmi huma tfal. Hu ta’ tħassib ukoll li l-mod li ntuża għal dan l-attentat kienet vettura.

Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco ngħaqad mal-kumplament tal-Kamra għas-sogħba lejn il-vittmi. Dak li seħħ jrid ikun ikkunsidrat fi sfond ta’ inċidenti oħra li seħħew fi Franza kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Mario de Marco qal li dan l-inċident seħħ fil-jum li fih huma ċċelebrati l-ugwaljanza, l-fraternità u l-libertà, iżda dan ma għandux iżomm lill-popli milli jkomplu jemmnu f’dawn il-valuri.
Il-Parlament imbagħad osserva minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi u l-poplu Franċiż.