B’pompa kbira dalgħodu l-Ministru Anton Refalo inawgura latrina pubblika fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien. Iżda fi ftit minuti, dan il-proġett spiċċa redikolat minn kulħadd fuq l-internet! Anke minħabba l-fatt illi ħafna qalu li latrina f’post popolari bħal dan hija xi ħaġa “bażika” u qatt ma kien hemm bżonn inawgurazzjoni Ministerjali “qisu l-Gvern għamlilna xi pjaċir”.
Xi ħadd ieħor kiteb “għidulu grazzi lill-Ministru t’Għawdex”.
U ċ-ċajta kompliet, tant illi fi ftit minuti beda jiġi ċirkolat ritratt li juri Diglett fil-latrina – wieħed mill-karattri tal-logħba popolari Pokemon Go.
Fuq Facebook bdew ipoġġu dan ir-ritratt, fejn ħafna appasjonati ta’ Pokemon bdew jirridikolaw lill-Ministru u jgħidulu grazzi għax fil-latrina “bis-saħħa ta’ Anton refalo” sabu dan il-karattru ħelu.
Pokemon Go hija l-logħba li affaxxinat lil ħafna żgħażagħ Maltin, inkluż f’Għawdex fejn wieħed jista’ isib ħafna minn dawn il-karattri.
//= $special ?>