Internazzjonali

Imfakkra l-vittmi ta’ Nizza fost polemiċi

epa05428417 A women stand alone watching the sea next to half-mast French flags on the 'Promenade des Anglais' where the truck crashed into the crowd during the Bastille Day celebrations, in Nice, France, 16 July 2016. According to reports, at least 84 people died and many were wounded after a truck drove into the crowd on the famous Promenade des Anglais during celebrations of Bastille Day in Nice, late 14 July. EPA/IAN LANGSDON

Franza t-Tnejn waqfet għal minuta silenżju b’tifkira għall-vittmi tal-attakk tal-ġimgħa li għaddiet f’Nizza.
Iżda fl-istess Nizza, il-Prim Ministru Manuel Valls safa’ mgħajjar mill-folla hekk kif mar fil-post tal-attakk għaċ-ċerimonja ta’ tifkira. Ċerimonja li saret quddiem baħar nies tul il-Promenade des Anglais – it-triq tul ix-xatt ta’ Nizza fejn fl-14 ta’ Lulju, Mohamed Lahouaiej Bouhlel, Tuneżin, saq għal fuq il-folla u qatel 84 persuna li kienu qed jaraw il-logħob tan-nar.
Aktar qabel, l-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy kritika l-Gvern talli mhux qed jipprovdi s-sigurta li suppost fiċ-ċirkustanzi lit instab fihom Franza bħalissa. Hu żied ukoll li forsi wasal iż-żmien li dawk il-barranin li jitqiesu bħala theddida għas-sigurta nazzjonali għaliex jappoġġjaw l-estremiżmu Iżlamiku jibdew jiġu deportati.