Internazzjonali

Johnson jagħmel id-debutt internazzjonali tiegħu

epa05430114 British Foreign Secretary Boris Johnson (L) and Dutch Foreign Minister Bert Koender (R) arrive during an EU Foreign Affairs Council meeting in Brussels, Belgium, 18 July 2016. The meeting's agenda is expected to be topped by talks on Turkey, Syria, and the Middle East. EPA/STEPHANIE LECOCQ

Boris Johnson, is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż, it-Tnejn attenda għall-ewwel laqgħa tiegħu tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE.
Dan kien id-debutt ta’ Johnson fix-xena internazzjonali. Preżenti għal-laqgħa fi Brussell kien hemm ukoll John Kerry, is-Segretarju tal-Istat Amerikan – l-ewwel darba li Segretarju tal-Istat Amerikan attenda għal laqgħa simili.
Hawn hu insista li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, dak magħruf bħala l-Brexit, ma kienx ifisser li Londra kienet se tagħlaq il-bieb għall-Ewropa jew tabbanduna l-Unjoni Ewropea għalkollox.
L-eks-Sindku ta’ Londra qal li r-Renju Unit ried iżomm ir-rwol ewlieni fl-Ewropa, anki wara l-Brexit.
Johnson żied li l-UE kellha bżonn tweġiba kkoordinata għat-terroriżmu fil-konfront tal-attakk ta’ Nizza u l-oħrajn ta’ qablu.