Parlament

Joseph Muscat ma jweġibx għal mistoqsija dwar is-safar ta’ martu

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista u l-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius llum staqsa lill-Prim Ministru Joseph Muscat jekk il-mara tiegħu qattx siefret mingħajr il-Prim Ministru fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern u jekk iva, fejn siefret, meta u f’kull każ talab biex jagħti spjega ta’ kemm kienu l-ispejjeż għal titjiriet, trasferimenti, lukandi u l-ikliet tagħha.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma weġibx mistoqsija parlamentari dwar jekk martu Michelle sifrietx fuq xogħol tal-gvern mingħajru filwaqt li qal li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.