Ix-xiri ‘online’ żied bil-kbir matul dawn l-aħħar snin, u biex tagħmel tajjeb għal dan il-bżonn fis-suq, MaltaPost nidiet numru ta’ ‘parcel lockers’ f’diversi lokalitajiet f’Malta
biex il-klijenti jkunu jistgħu jiġbru x-xiri ‘online’ bis-SendOn bil-kumdita’ kollha u fi x’ħin jridu.
Wara it-tnedija ta’ hubs fl-Ingilterra, l-Italja, l-Ġermanja u l-Amerka, eluf ta’ konsumaturi Maltin illum il-ġurnata qed jixtru mill-ħwienet u ditti favoriti tagħhom fl-Ewropa u l-Amerka anki dawk li ma jibgħatux lejn Malta. Biex tkompli ittejjeb l-esperjenza għall-klijenti, MaltaPost nidiet Easipik, soluzzjoni ta’ parcel lockers għax-xerrejja li ma’ jkunux id-dar biex jirċievu l-oġġetti li jkunu xtraw mill-internet. Permezz tal-Easipik, il-klijenti jistgħu jiġbru x-xirja tagħhom fi x’ ħin jridu 24 siegħa kuljum minn numru ta’ lockers imqassmin f’ diversi lokalitajiet f’Malta.
Biex jużaw dawn il-lockers qabel ma jixtri mill-internet, il-klijenti jridu jidħlu fil-kont tagħhom tas-SendOn u jagħżlu wieħed mill-parcel lockers bħala l-indirizz fejn jridu li jirċievu x-xirja tagħhom. Meta l-pakkett jkun lest biex jinġabar, il-klijent jirċievi email u sms b’kodiċi li jrid idaħħalha fl-iscreen tal-parcel locker biex jiġbor ix-xirja.
“Permezz ta’ dan l-iżvilupp, MaltaPost tkompli tkattar l-impenn biex tiffaċilita’ l-kummerċ elettroniku għall-klijenti tagħha”qal Mark Vella, Chief Commercial Officer tal-MaltaPost. “Il-kummerċ elettroniku żied matul dawn l-aħħar snin u allura aħna nfittxu li dejjem nissodisfaw il-bżonn għal metodu alternattiv mill-posta tradizzjonali u s-servizzi tal-courier, b’mod speċjali għal dawk li għadhom stil ta’ ħajja mgħaġġla u ma jkunux d-dar biex jirċievu l-oġġetti li jixtru mill-internet” qal Mr. Vella.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-website www.maltapost.com/sendon
//= $special ?>