Il-Gvern għadu qed jiddiskuti dwar x’soluzzjonijiet jista’ jkun hemm għall-problemi li qed joħolqu vetturi bi pjanċa ta’ reġistrazzjoni barranija.
Fil-ħin tal-mistoqsijiet id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea ġibed l-attenzjoni tal-Ministru tal-Intern Carmelo Abela li ilhom isiru ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar dan il-każ u kull darba jkun hemm risposti simili li jitfgħu dubju dwar min hu responsabbli biex tinstab soluzzjoni għall-problema.
Ċensu Galea qal li ilu aktar minn sena jagħmel mistoqsijiet dwar is-suġġett.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li se ssir laqgħa bejn dawk kollha konċernati biex wara li tkun analizzata s-sitwazzjoni jittieħdu l-passi meħtieġa.
Ċensu Galea staqsa jekk ittieħdux passi biex ikun hemm informazzjoni dwar il-vetturi bi pjanċi ta’ barra. Qal li kif hi s-sitwazzjoni llum lanqas ċitazzjoni ma tista’ tingħata lil vettura bi pjanċi bħal dawn.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li dan l-aħħar instab metodu biex tinġabar informazzjoni dwar vetturi li jidħlu minn barra. Din mhix xi ħaġa faċli u hemm diffikultajiet.
//= $special ?>