Lokali

Se tiġri l-maratona ta’ Brighton għall-memorja ta’ Eleanor

L-istorja ta’ Eleanor Mangion Walker, l-omm ta’ 33 sena li nstabet mejta f’Ħal Qormi fl-4 ta’ Lulju li għadda, għadha fuq fomm kulħadd. Eleanor ħalliet warajha tifla ta’ 9 snin; ħalliet warajha ħafna memorji u nies li tassew iħobbuha. Inkluż oħtha, illi se tkun qed tiġri l-maratona ta’ Brighton bħala tislima għall-memorja ta’ Eleanor.

Oħt Eleanor, Melissa, ħabbret illi se tkun qed tiġri din il-maratona s-sena d-dieħla, u se tiddedika l-maratona tagħha għal Eleanor.

Hi fetħet ukoll sit fuq l-internet sabiex jinġabru fondi għall-ispejjes tal-avukat li qabbdu bħala familja għall-kawża li għaddeja fil-Qorti. “Il-familja qabbdet wieħed mill-aqwa avukati fil-liġi kriminali”, kitbet Melissa.

Din il-paġna fuq l-internet hija wkoll intiża biex tqajjem kuxjenza kontra l-vjolenza domestika.

eleanor