L-għaqda mhux governattiva u volontarja tas-St. John Ambulance Malta sfat vittma ta’ persuna jew persuni mhux magħrufa li serqu numru ta’ oġġetti mediċi u apparat ieħor li jintuża fil-ħidma tagħhom. Dan filwaqt li sofrew ukoll ħsara fuq l-ambulanzi, li minnhom insterqu diversi oġġetti oħra.
Il-każ seħħ fl-aħħar sigħat minn bitħa fejn St. John Ambulance Malta jżommu l-vetturi tagħhom fi tmiem weekend impenjattiv ta’ ħidma b’dedikazzjoni f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Fi stqarrija, l-NGO appellat għall-għajnuna tal-pubbliku, inkluż għal persuni li jistgħu joffru uħud mill-apparat li nsteraq. Fost dawn hemm generator, power wash, kumpressur tal-arja, flat 2 ton jack, pin index oxygen regulators, diversi għodda, AEDs u wkoll oġġetti bħal ingwanti, gauzes, dressings u faxex fost l-oħrajn.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>