Internazzjonali

Tħassib għal kelb il-baħar kbir barra Sqallija

Qed ikun hemm diversi rapporti fl-inħawi ta’ Messina fi Sqallija ta’ kelb il-baħar kbir li hemm iħuf f’dawk l-ibħra.
Pixxispad li m’ílux nqabad mis-sajjieda kien attakkat minn kelb il-baħar hekk kif kien qed jittella’ abbord u s-suspett hu li kien dan il-kelb il-baħar. Dan il-każ tal-pixxispad seħħ fl-ibħra fondi ħafna bejn Ganzirri u Torre Faro. Sajjieda qalu li aktarx dak li attakka l-pixxispad kien kelb il-baħar tar-razza Great White li aktarx fih madwar ħames metri. Fl-ibħra issa qed isir ronda ta’ għassa apposta mill-Gwardja tal-Kosta Taljana.