L-isfida taċ-ċiklisti tal-LifeCycle fiż-Żambia daħlet fir-raba’ jum tagħha. Mil-lum, il-parteċipanti se jibdew l-agħar parti ta’ din l-isfida fejn se jibdew ir-rotta iebsa f’postijiet diżabitati.
Fil-grupp diġa’ kien hemm ħafna li kellhom diffikultajiet tul ir-rotta, partikolarment minħabba t-trabijiet fl-arja. Iżda jidher illi l-parteċipanti qed isibu sostenn kbir min-nies tal-lokal.
Il-Ħadd filgħaxija l-parteċipanti waslu fir-raħal ta’ Solwezi fejn qattgħu l-lejl.
L-iskop tal-Life Cycle hu li jinġabru fondi sabiex jintużaw b’risq ir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei.
Donazzjonijiet jintlaqgħu fuq dawn in-numri:
SMS
5061 7370 €2.33
5061 8920 €6.99
5061 9229 €11.65
Telefonati
5160 2020 €10.00
5170 2005 €15.00
5180 2006 €25.00