126, Dar Papa Frangisku, Triq Fleur-De-Lys Birkirkara : Din hi dar li se tibda toffri ikel b’xejn lil dawk li m’għandhomx x’jieklu. Se toffri wkoll kenn lil dawk li m’għandhomx fejn jorqdu. Fi kliem ieħor Dar Papa Franġisku se tkun ir-refuġju ta’ ħafna li huma milquta mill-faqar tant li m’għandomx x’jieklu u m’għandhomx fejn jorqdu
Il-ħsieb wara din id-dar beda mill-kumpanija Alf Mizzi and Sons. Julian Sammut wieħed mid-diretturi tal-kumpanija spjega ma’ netnews.com.mt għaliex bħala kumpanija ħassew li għandhom jgħinu lil dawk li m’għandhomx x’jieklu. Hu qal li minn dak li tipproduċi l-kumpanija, jiġifieri prodotti tal-ikel, tagħti xi ħaġa lil dawk li m’għandhomx x’jieklu. Julian Sammut spjega wkoll li l-ħsieb wara din id-dar ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx hemm il-ħidma tal-Aġenzija Caritas Malta.
Leonid Mc kay, id-direttur ta’ Caritas Malta qal li Dar Papa Franġisku se tkun amministrata minn Caritas Malta bl-għajnuna wkoll tal-Kumpanija Alf Mizzi and Sons li se tipprovdi l-ikel iżda wkoll bl-għajnuna tal-gvern.
Leonid Mc Kay qal wkoll li dawk li m’għandhomx x’jieklu, kuljum, jistgħu jiġu f’din id-dar u hemm se jsibu platt ikel jistennijhom. L-istess servizz b’xejn se jingħata lil dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom matul il-lejl.
Il-ftuħ dan din id-dar hi turija li fis-soċjeta’ li ngħixu fiha jeżistu persuni li jaħsbu f’oħrajn li għaddejjin minn xi kriżi u biex fl-aħħar mill-aħħar dawn il-persuni ma jħossuhomx abbandunati imma minflok jingħataw it-tama għal ħajja aħjar.
//= $special ?>