“Dwar il-bdoti tal-Airmalta ma kienx hemm avvanzi”.
Hekk stqarr f’Kastilja l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed iwieġeb domandi tal-ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni ta’ inċertezza li qed jiffacjaw il-haddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru. Muscat ikkonferma li l-Ministru Zammit Lewis għadu għaddej bit-taħdidiet iżda sa issa ma kien hemm l-ebda progress mal-bdoti.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru għamel dikjarazzjoni oħra li għandha ċertu piż, meta ikkummenta dwar id-diskussjonijiet li għaddejin mal-Alitalia. Huwa qal b’mod ċar illi kemm-il darba l-kumpanija Taljana tiġi lura bi pjan li ma jkun fl-interess tal-Air Malta, mhu se jkun hemm l-ebda qbil.
//= $special ?>