Lokali

Benna tħabbar prodotti ġodda ‘lactose free’

Il-kumpanija Malta Dairy Products, magħrufa f’pajjiżna għall-prodotti Benna, nediet sensiela ta’ prodotti ġodda tal-ħalib mingħajr lactose.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kumpanija tat dettalji dwar ħalib u yoghurts ġodda b’tomgħiet differenti u li huma addattati għal dawk il-persuni li ma jistgħux jieklu jew jixorbu prodotti li fihob il-lacotose.

Iċ-Chief Officer tal-kumpanija spjega li minkejja li mingħajr lactose, il-prodotti ġodda ‘lactose free’, xorta waħda huma magħmulin minn ħalib frisk – u dan jassigura li l-prodotti huma xorta waħda ta’ togħma bnina u ta’ kwalità.

Waqt il-konferenza ġie spjegat kif dan huwa l-ewwel prodott tat-tip tiegħu magħmul mija fil-mija minn ħalib Malti u b’hekk, dawk intolleranti għal-lactose issa jistgħu igawdu min-nutrijenti tal-ħalib bl-istess mod.

Waqt il-konferenza intqal kif din is-sena il-Benna qed tiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha, fejn b’kollox, matul dawn is-snin kollha pproduċiet mal-1.2 biljun litru ta’ ħalib frisk.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet attenda s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.