Mara u t-tliet uliedha, ilkoll bniet, spiċċaw attakkati minn raġel ta’ oriġini Marokkina li armat b’sikkina. L-attakk seħħ ftit sigħat ilu, meta l-vittmi kienu fl-inħawi ta’ holiday park, fiz-zona ta’ Sisteron.
Il-mara u uliedha spiċċaw l-isptar fost rapporti li waħda mill-ulied saritilha kirurġija ta’ emerġenza.
Ingħad ukoll li raġel ta’ 37 sena spiċċa arrestat waqt li pprova jaħrab mix-xena tar-reat b’karozza, iżda l-prosekuturi lokali sostnew li l-iskop wara l-attakk għadu ‘vag ħafna’.
L-omm li sfat attakkata għandha 46 sena waqt li uliedha għandhom bejn tmienja u erbatax-il sena. Xi rapporti anki ssuġġerew li l-familja spiċċat il-mira ta’ raġel li, fiċ-ċirkustanzi, ‘ħassu urtat dwar in-nuqqas ta’ lbies xieraq’.
//= $special ?>