Lokali

“Għadni nista’ nisma’ t-twerżiq”- xhud li rat l-inċident li seraq il-ħajja ta’ Tara, it-tfajla ta’ 17-il sena

“Għadni nista’ nisma’ t-twerżiq f’widnejja” kitbet persuna li dalgħodu rat l-inċident sfortunat li seraq il-ħajja ta’ Tara, tfajla ta’ 17-il sena li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fil-Kappara.

Tara kienet fil-karozza ma’ ħuha, meta għal xi raġuni intilef il-kontroll tal-vettura. Għal ftit ħin, Tara iġġieldet għal ħajjitha – iżda sfortunatament, kien kollu għal xejn.

Persuna li toqgħod fil-viċinanzi ta’ fejn seħħ l-inċident u li rat dak li kien għaddej kitbet fuq Facebook li baqgħet tisma’ t-twerżiq ta’ ħu l-vittma li beda jwerżaq u jgħajjat isimha.

“Strieħ fis-sliem,” kitbu mijiet oħra fuq il-media soċjali. Minkejja li Maltin, Tara Licari u ħuha kienu jinsabu Malta fuq btala peress li jgħixu barra.

Intant, persuna oħra li wkoll tgħix viċin fejn seħħ l-inċident, ħalliet bukkett fjuri mal-arblu fejn seħħ l-inċident, f’espressjoni ta’ sogħba wara dan l-inċident li xxokkja lil ħafna.