Il-Kamra tal-Periti qed taqbel ma’ dak li qal il-PN fil-Parlament meta kienet qed tkun diskussa l-liġi biex titwaqqaf Awtorita’ tal-Artijiet minflok il-Lands Department, fejn kien hemm pressjoni kbira fuq il-Gvern sabiex jagħti iktar vuċi lill-organizzazjonijiet tal-professjonisti u mhux jiddeċiedi kollox il-Ministru.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Periti għamlet referenza għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, fejn huwa propost li l-Ministru jaħtar tliet professjonisti – perit, avukat u awditur.
Il-Kamra tal-Periti qed tirrakkomanda u taqbel mal-proposta li tali professjonisti għandhom ikunu nnominati mill-Kmamar Professjonali rispettivi, u mhux appuntati direttament mill-Ministru.
L-istqarrija tgħid illi b’dan il-mod tkun assigurata l-indipendenza ta’ dawn il-professjonisti mill-Gvern tal-ġurnata. Din il-proposta tassigura wkoll livell doppju ta’ kontabilita’ ta’ dawn il-professjonisti lejn il-Bord tal-Gvernaturi kif ukoll lejn il professjoni li jirrappreżentaw.
//= $special ?>