Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, ilbieraħ filgħaxija, Charlene Mercieca tellgħet ritratt tagħha li ħadet fit-18 ta’ Ġunju, dakinhar li għamlet l-operazzjoni biex tneħħi t-tumur minn sidirha. Charlene kitbet li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat kienet qed ittella’ u tniżżel jekk għandhiex ttella’ dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali, iżda wara li ltaqgħet ma’ żagħżugħa oħra, irrealizzat li ritratti bħal dawn għandhom jixxerrdu ma’ ħaddieħor sabiex tagħmel kuraġġ lil nisa bħalha li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni.
Hi tgħid lin-nies biex jieqfu jgħidu li hi ‘miskina’ jew ‘jaħasra’ għax hi ma tħossx li għandha biex tistħi bil-mod kif ġie sidirha issa. Spjegat kif bħalissa għaddejja minn proċess li fih qed tagħżel x’tip ta’ impjant se tagħmel f’sidirha u li qed titgħallem xi ħaġa ġdid ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Apparti minn hekk, Charlene qalet li bħalissa qed tiskopri wkoll kif jaħdem il-moħħ u kif jista’ jgħin lil ġisem biex ifiq iktar malajr.
Saħqet li ‘Charlene l-antika’ mietet flimkien mal-kanċer u issa twieldet mill-ġdid hekk kif ftit tal-ġranet ilu rċiviet l-aħbar sabiħa li fieqet mill-kanċer.