Numru ta’ persuni li fil-jiem li għaddew kienu f’Marsalforn Għawdex esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li fiż-żona ta’ taħt il-pont hemm bosta skart. Minħabba dan kollu iz-zona bħalissa hija waħda b’nuqqas ta’ indafa u kif ukoll qed tkun ta’ ostaklu għall-veduta tal-baħar.
Dan is-sit hu infurmat li din iz-zona li tidher fir-ritratt t’hawn fuq giet irranġata fix-xhur li għaddew, iżda minkejja li sar dan ix-xogħol, xorta waħda qed jinġabar il-ħmieġ, iċ-ċagħaq u l-alka li jitla’ mill-baħar.
Dan ir-ritratt ittieħed il-ġimgħa li għaddiet, f’perjodu fejn din iz-zona tiġi frekwentata ferm mit-turisti li jżuru l-gżira Għawdxija.
Minbarra l-viżwal tal-ħmieġ u l-affarjiet kollha li l-iskart iġib miegħu, l-istess ħmieġ jista’ jkun kaġun wkoll għall-ħsara u jagħlaq it-triq il-għaliex l-ilma ma jkollux minn fejn jgħaddi.
//= $special ?>