Internazzjonali

Tajwan: 26 imutu wara li nirien ħakmu xarabank

26 turist mietu fil-belt ta’ Taoyuan fit-Tajwan wara li xarabank inqerdet minn nirien.

L-aħbar traġika ħarġet ftit tal-ħin ilu. Jidher illi ħadd min-nies li kienu fuq ix-xarabank ma salva.

Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.

It-turisti kienu fi triqithom lejn l-ajruport ta’ Taoyuan sabiex jaqbdu ajruplan lejn iċ-Ċina.