Lokali

Trid issir ħidma biex l-għeruq bażiċi tal-problema tal-immigrazzjoni jiġu indirizzati.

Jekk verament hemm ir-rieda li l-problema tal-immigrazzjoni tissolva, trid issir ħidma biex l-għeruq bażiċi tal-problema jiġu indirizzati. Dan ħareġ waqt dibattitu organizzat f’Dar l-Ewropa, fil-preżenza tal-Membri Parlamentari Ewropej Cecille Kyenge u Helga Stevens.

Minkejja li ġejjin minn partiti politiċi b’ideat li ħafna drabi kienu kuntrastanti, iż-żewġ politiċi barranin qablu li hemm problemi komuni, bħat-terroriżmu, faqar u ftehim li ħafna drabi jiffavorixxu biss pajjiż wieħed.

Qablu li hemm bżonn li l-problema tiġi ndirizzata mill-qalba tagħha, fost l-oħrajn billi pajjiżi Afrikani u Ażjatiċi jiġu mgħejuna, imma fuq kollox ikollhom responsabbiltà li jsaħħu lill-popli tagħhom u fost l-oħrajn jirrispettaw id-drittijiet umani.

Matul id-diskussjoni kienu ppreżentati ċifri li juru li l-ammont ta’ immigranti li din is-sena qed jaqsmu lejn l-Ewropa qed juri xejra ta’ tnaqqis meta kkumparat maċ-ċifri tas-sena li għaddiet. Iż-żewġ membri parlamentari ewropej kienu parti wkoll minn diskussjoni li saret fi ħdan il-kwartieri tal-EASO f’Malta. Għal dawn id-diskussjonijiet ipparteċipat anke l-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli. L-iskop ta’ dawn id-diskussjonijiet kien anke li jiġi trattat ir-regoli l-ġodda proposti minn naġa tal-EASO. L-EASO hu l-Uffiċċju Ewropew dwar l-Ażil.

Id-direttur Eżekuttiv tal-EASO, Jose Carreira qal li ż-żjara ta’ din id-delegazzjoni waslet fi żmien ideali hekk kif bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċa ma’ sfidi kbar ta’ immigrazzjoni llegali fl-Italja u l-Greċja b’mod partikolari.

Bir-regoli proposti l-EASO se tkun tista’ żżid ir-riżorsi umani u finanzjarji sabiex din il-kriżi tkun indirizzata aħjar l-aktar f’dawk il-pajjiżi milquta sew mill-kriżi.

Intant Membri Parlamentari Ewropej li jiffurmaw parti mill-Kumitat fi ħdan il-Parlament Ewropew, dwar il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, ipparteċipaw f’disskussjonijiet f’pajjiżna dwar is-sistema komuni tal-ażil fl-Ewropa, diskussjoni dwar il-programm ta’ rilokazzjoni u dwar iż-żoni partikolari fejn jinżammu l-immigranti fl-Italja u l-Greċja.

Dawn id-diskussjonijiet saru wkoll fi ħdan il-kwartieri tal-EASO f’Malta. Għal dawn id-diskussjonijiet ipparteċipat anke l-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli. L-iskop ta’ dawn id-diskussjonijiet kien anke li jiġi trattat ir-regoli l-ġodda proposti minn naġa tal-EASO. L-EASO hu l-Uffiċċju Ewropew dwar l-Ażil.

Id-direttur Eżekuttiv tal-EASO, Jose Carreira qal li ż-żjara ta’ din id-delegazzjoni waslet fi żmien ideali hekk kif bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċa ma’ sfidi kbar ta’ immigrazzjoni llegali fl-Italja u l-Greċja b’mod partikolari.